| |
- Il-vot tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni għas-sena 2003
laħqet kważi l-100 miljun lira. Dan ifisser żieda ta'
Lm 29 miljun fuq dak li kien ivvutat taħt l-amministrazzjoni
preċedenti. Il-Parti l-kbira ta' dawn il-flus imorru direttament
fl-edukazzjoni tal-poplu. B'hekk żdiedu l-programmi edukattivi,
ġew modernizzati diversi skejjel u faċilitajiet kif ukoll
inbnew strutturi ġodda.
|
|
|
|
|

|
- Tnieda Kurrikulu Nazzjonali ġdid bi qbil ma
kulħadd. Pjan b'140 mira ċara biex uliedna
jingħataw edukazzjoni aħjar u aktar rilevanti
għall ħajja u biex ħadd ma jibqa lura. Il-Gvern
ikkommetta ruħu li jkompli jżid il-finanzjament sa
Lm 6 miljun fis-sena, fuq medda ta' erba' snin, biex
il-kurrikulu Nazzjonali jitwettaq.
|
| |
- It-twettiq tal-Kurrikulu diġa beda jseħħ.
Inħolqu l-istrutturi meħtieġa: Il-Kunsill
Nazzjonali għall-Kurrikulu u 15-il Focus Group li
jiffokaw fuq aspetti varji tal-kurrikulu. Dawn l-istrutturi
bdew il-ħidma tagħhom tul l-2002 u diġa
ittieħdu diversi iniżjattivi. Fl-istess ħin qed
issir reviżjoni tas-sillabi kollha biex dawn ukoll
jirriflettu l-prinċipji tal-Kurrikulu.
|
|
|
|
-
Il-Gvern żied b'mod sostanzjali l-vot
għat-taħriġ ta' l-għalliema. F'din
il-leġislatura se jkunu intefqu kważi miljun lira
f'taħriġ meta mqabbla mat-30,000 fis-sena li kienu jintefqu
taħt Gvern Laburista.
-
Sar investiment massiv ta' aktar minn Lm 8
miljuni fl-infrastruttura teknoloġika fl-iskejjel.
|
|
| |
|
|
|
- Illum fl-iskejjel tal-Gvern hemm aktar minn
5,500 kompjuter, dawn il-kompjuters kollha ġew networked biex
ikunu jistgħu jikkomunikaw bejniethom u mal-bqija tad-dinja
permezz ta' l-Internet u l-e-mail.
|
| |
|
-
Fil-livell primarju hemm kompjuter għal
kull seba' studenti, kif ukoll monitor u video recorder f'kull klassi.
Fil-livell sekondarji hemm laboratorji tal-kompjuter skond
il-popolazzjoni ta' l-istudenti. Kull għalliem għandu laptop
biex jipprepara l-lezzjonijiet u materjal edukattiv. B'hekk l-iskejjel
Maltin għandhom wieħed mill-għola livelli ta'
riżorsi teknoloġiċi fl-Ewropa.
-
Kull student se jkollu indirizz postali
elettroniku (e-mail) tiegħu u spazju biex joħloq website.
Kull skola ingħatat l-ispazju għall-website tagħha.
|
-
Il-Gvern qed jaħdem biex l-istrutturi
edukattivi f'pajjiżna jkunu jistgħu joffru edukazzjoni tul
il-ħajja. F'pajjiżna diġa għandna diversi
opportunitajiet ta' edukazzjoni għall-adulti u għall-anzjani,
madankollhu hu mistenni li dawn jiżdiedu kif ukoll jinħolqu
aktar opportunitajiet ta' taħriġ għal dawk li qed
jaħdmu u jixtiequ javvanzaw jew ibiddlu l-linja tax-xogħol u
għal dawk li jixtiequ jitħarrġu mill-ġdid.
|
|
| |
|
-
Il-Gvern qed jagħti Lm 500,000 fis-sena
bħala għajnuna lill-ġenituri li jibagħtu
lill-uliedhom fl-iskejjel privati indipendenti f'forma ta' tnaqqis
mit-taxxi.
-
Lm 10 miljun fis-sena f'għajnuna
lill-iskejjel tal-Knisja.
|
| |
|
|
-
Aktar minn 11,000 student qed jibbenefikaw
minn Lm 8 miljun fis-sena bħala stipendju. Il-Gvern
daħħal sistema ta' stipendji li tkopri aktar studenti u li
tagħti għotjiet supplimentari għal dawk li l-aktar
għandhom bżonn. Il-Gvern daħħal ukoll sistema ta'
Smart Cards biex jiżgura li parti mill-għotjiet li
jingħataw l-istudenti jitefqu fuq materjal edukattiv u b'hekk
flus il-poplu jintużaw sew.
|
| |
-
Appoġġ kontinwu u investiment f'
servizzi speċjalizzati kemm għal-tfal li jkollhom
diffikultajiet biex jitgħallmu kif ukoll għall-ġenituri
tagħhom permezz ta' programmi edukattivi ġodda.
-
Twaqqfet il-Fondazzjoni għal Servizzi
Edukattivi biex toffri programmi ta' appoġġ edukattiv fl-iskejjel
tal-Gvern. Il-Fondazzjoni diġa qed twettaq il-programmi
tagħha b'suċċess u fl-2002 il-Fondazzjoni bdiet toffri
s-servizzi tagħha f'għoxrin ċentru madwar Malta u
Għawdex.
|
| |
|
-
L-iskop tal-Fondazzjoni għal-Servizzi
edukattivi hu li permezz ta' programmi edukattivi interattivi u
interessanti jinvolvu lit-tfal permezz tal-programm Ħilti u
lill-familji tagħhom permezz tal-programm Id f'Id biex jitnaqqas
ir-riskju ta' falliment edukattiv, jiżdied il-litteriżmu u
jonqos l-assentejiżmu.
|
|
| |
|
-
Bdew jinħatru l-Activity Teachers, tip
ġdid ta' għalliema li jiżviluppaw it-talenti tat-tfal
permezz tad-drama, mużika, arti eċċ. Dawn l-għalliema
se jkunu qed jaħdmu ukoll wara l-ħin ta' l-iskola biex
iwettqu l-programmi tal-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi.
-
Il-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi
kisbet ukoll somma ta' Lm 12,000 mill-HSBC Cares for Children Fund
biex jitwettaq il-proġett Ħilti Teżor li permezz
tiegħu bdew jiġu żviluppati kotba bil-Malti għal
tfal ta' bejn l-4 u t-8 snin. Il-proġett jaħseb ukoll biex
il-ħaddiema tal-HSBC ikunu imħarrġa u nvoluti f'skema
ta' volontarjat biex jgħinu lit-tfal fil-qari.
-
Proposta tal-Fondazzjoni għal Servizzi
Edukattivi dwar għajnuna lit-tfal u l-familji tagħhom
intlaqgħet mill-Kummissjoni Ewropea u kien deċiż li
tiġi finanzjata u addottata f'pajjiżi oħra Ewropej. Il-Fondazzjoni
se tkun qed tmexxi il-proġett 'Parent Empowerment for Family
Literacy - PEFaL' hi stess u se tkun qed tikkordina l-proġett
f'numru ta' pajjiżi Ewropej. Għal dan il-proġett
ġew allokati Lm 70,000 mill-UE.
|
| |
|
|

|
|
| |
|
-
Twaqqaf il-Kulleġġ Malti
għall-arti Xjenza u Teknoloġija - l-MCAST
-
L-MCAST fetaħ il-bibien tiegħu
f'Ottubru ta' 2001 b' Sitt istituti ġodda. Il-Kulleġġ
kien maħluq biex joffri edukazzjoni vokazzjonali ta' kwalita'
kemm lill-istudenti li jridu jkompli jitħarrġu kif ukoll
għal dawk li telqu mill-iskola u jixtiequ jkompli
jitħarrġu jew jitħarrġu mill-ġdid.
-
Illum l-MCAST joffri 33 kors full-time u 60
kors part-time. Aktar minn 2,500 student qed jattendu wieħed
mill-korsijiet li joffru l-istituti tal-kulleġġ.
|
|
| |
|
|
|
-
Twettqet riforma fl-iskejjel tas-snajja u t-tagħlim
ta' l-Edukazzjoni Teknoloġika. Infeħu 27 workshop ġdid,
b'investiment ta' Lm 5000 kull wieħed, biex l-istudenti li
jixtiequ jitgħallmu dan is-suġġett ikunu jistgħu
jagħmlu dan fl-iskejjel sekondarji. B'hekk twaqqfet ix-xejra
negattiva li kien hemm fl-iskejjel ta' l-Isnajja li kienu qed imutu
mewta naturali.
|
| |
|
|
|
| |
|
-
Il-Gvern waqqaf il-Fondazzjoni
għall-Iskejjel ta' Għada biex fi żmien tmien snin l-iskejjel
kollha tal-Gvern ta' Malta u Għawdex jiġu immodernizzati u
jinbnew l-iskejjel ġodda li hemm bżonn. Għal dan l-iskop
se jsir investiment ta' aktar minn 60 miljun.
-
Il-Fondazzjoni twaqqfet bl-iskop li l-ambjenti
ta' l-iskejjel tal-Gvern jitjiebu għall-livelli mitluba mill-Kurrikulu
Nazzjonali, ambjenti li jħeġġu t-tagħlim. Il-Fondazzjoni
trid twettaq programm aċċellerat ta' xogħlijiet biex fi
żmien qasir u b'użu aħjar tal-fondi pubbliċi
pajjiżna jkollu skejjel ta' l-għola livell.
|

|
| |
|
|

|
-
Il-Fondazzjoni diġa bdiet twettaq
diversi proġetti. Il-proġetti jinkludu it-tisbieħ
tal-klassijiet u l-bini ta' l-iskola - s'issa saru xogħlijiet
f'42 skola, titjib tal-faċilitajiet rikreattivi - 12-il
proġett, u xogħlijiet biex l-iskejjel isiru
aċċessibbli - s'issa bdew 79 proġett.
-
Tul l-erba' snin li għaddew saru
xogħlijiet ta' tisbieħ u manutenzjoni permezz ta' 160
inizjattiva f'100 skola madwar Malta u Għawdex. Minn mindu bdiet
topera l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada saru u qed
isiru xogħlijiet f'50 Skola Primarja, 24 Skola Sekondarja u
Junior Lyceums, tlett kumplessi ta' l-iskejjel u sitt skejjel
speċjalizzati.
|
|
|
|
|

|
|
|
Skejjel Primarji |
|
Skejjel Sekondarji u Junior Lyceums |
|
Attard |
Pembroke |
B'Kara, Vincenzo Borg Brared BSS |
|
B'Bugia A |
Pieta |
Cospicua, Erin Serracino Inglott GSS |
|
B'Bugia B |
Qormi, San Bastjan A |
Cospicua, Giuseppi Despott BSS |
|
B'Kara A |
Qormi, San Bastjan B |
Gzira, Antonio Bosio BSS |
|
B'Kara B |
Qrendi |
Hamrun, Adelaide Cini GSS |
|
Cospicua |
Rabat A |
Hamrun, Dun Guzepp Zammit BJL |
|
Dingli |
Rabat B |
Hamrun, Maria Assumpta GSS |
|
Floriana |
Safi |
Hamrun, Maria Regina GJL |
|
Gharghur |
San Gwann A |
Marsa, Fra Diego Bonanno |
|
Ghaxaq |
San Gwann B |
Marsa, F.X. Attard BSS |
|
Gudja |
Santa Venera A |
Marsa Dun Gwann Mamo |
|
Gzira |
Santa Venera B |
Mosta, Lily of the Valley GSS |
|
Hamrun SS |
Siggiewi |
Mtarfa, Sir Temi Zammit BSS |
|
Luqa |
Sliema |
Naxxar Higher Secondary School |
|
Marsa |
Valletta |
Paola, Guze D’Amato BSS |
|
Marsascala |
Vittoriosa |
Qormi, Guze Galea BSS |
|
Marsaxlokk |
Żabbar A |
Santa Lucia, Margaret Mortimer GJL |
|
Mellieha |
Żabbar B |
Pembroke, Sir Adrian Dingli GJL |
|
Mosta A |
Żebbug A |
St. Andrews, Sir Luigi Preziosi, GSS |
|
Mosta B |
Żebbug B |
Sta Venera, San Frangisk ta’ Assisi BSS |
|
Mqabba |
Żebbug C |
Sta Venera, Vincenzo Bugeja BSS |
|
Msida |
Żejtun A |
Żebbug, Dun Karm Psaila BSS |
|
Naxxar |
Żejtun B |
Żejtun, Carlo Diacono GSS |
|
Paola A |
Żurrieq A |
Żurrieq, Mons. P.P.Saydon BSS |
|
Paola B |
Żurrieq B |
|
|
Kumplessi ta' l-Iskejjel |
Skejjel Speċjalizzati |
Oħrajn |
|
Corradino |
Drama School, Hamrun |
Floriana, Educ. Div. – Examinations Dept |
|
Tarxien |
Hamrun, Guardian Angel Special School |
Floriana, Robert Sammut Hall |
|
Xagħra |
Qormi, Danny Cremona School of Agriculture |
Hamrun, National Curriculum Centre |
|
|
Qrendi, Helen Keller |
Naxxar, Instructors’ Training Unit |
|
|
St Patrick Special School, Pembroke |
27 Workshops għat-tagħlim tat-teknoloġija |
|
|
San Miguel Special School, Pembroke |
20 Ċentru Ħilti |

- Il-Fondazzjoni bdiet taħdem ukoll fuq proġetti kbar
bħal dak tal-Junior Lyceum Sir Adrian Dingli f'Pembroke, ta' l-iskola
primarja tal-Gżira ta' l-iskola ta' Marsaskala u oħrajn. Qed
isiru wkoll il-preparamenti biex tinbena skola sekondarja ġdida u
Kumpless Sportiv Reġjonali fil-Karwija bejn Ħal-Safi u
Ħal Kirkop kif ukoll skola sekondarja ġdida fil-Mosta.
|

|
| |
|
-
Il-Ministeru u l-Federazzjoni ta' l-Industriji
(FOI) daħlu għal inizjattiva flimkien imsejħa Education
Business links. Permezz ta' din l-inizjattiva bejn
iż-żewġ partijiet, sitt skejjel sekondarji daħlu
fi ftehim u ssieħbu ma' kumpaniji jew industriji bl-iskop li l-istudenti
jieħdu esperjenza ta' xogħol u jkunu aktar preparati
għad-dinja tax-xogħol.
|
| |
|
|

|
-
Il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u l-Ministeru
tal-Politika Soċjali, flimkien waqqfu l-Kunsill Malti
għall-Kwalifiki Professjonali u Vokazzjonali biex pajjiżna
jkollu l-mekkaniżmu meħtieġ biex jistabbilixxi l-istandards
u biex jikkonvalida l-livelli ta' korsijiet u taħriġ
professjonali u vokazzjonali f'pajjiżna.
|
| |
|
|
|

|
| |
|
-
Malta ipparteċipat fil-programmi
Socrates, Youth, Leonardo Da Vinci u l-Fifth Framework li huma
programmi li jiffukaw fuq setturi li jvarjaw mill-qasam ta' l-edukazzjoni
għall-fabbriki, mix-xjenza u t-teknoloġija
għal-programmi ta' volontarjat.
-
Minn mindu bdejna nipparteċipaw
fil-programmi ta' l-UE, aktar minn 1500 persuna u aktar minn 150
organizzazjoni ibbenefikaw direttament minn wieħed mill-programmi.
Dawn kienu jinkludu tfal, għalliema, żgħażagħ,
studenti ta' l-Universita', ħaddiema tal-fabbriki,
riċerkaturi, xufiera tat-taxi, impjegati fil-qasam tat-turiżmu
u ħafna oħrajn.
-
Fis-sena 2002 ipparteċipaw:
|
|
Individwi |
|
44 |
Studenti minn skejjel vokazzjonali |
|
47 |
Ħaddiem |
|
126 |
Għalliema, u trainers |
|
257 |
Studenti ta' l-Universita' |
|
577 |
Żgħażagħ |
|
1050 |
Total |
|
Organizzazjonijiet |
|
2 |
Proġetti pilota (Leonardo da Vinci) |
|
60 |
Skola (Comenius, Scorates) |
|
14 |
Skola/fakulta (Comenius II.1, Socrates) |
|
9 |
Minerva |
|
7 |
Grundvig II |
|
43 |
Fifth Framework Programme |
|
135 |
Total |
- Aktar minn 500 student ta' l-Universita' jagħmlu żmien ta'
studju f'36 universita' fi ħdax il-pajjiż Ewropew. Dan
ifisser 12% ta' l-istudenti eliġibbli qed jagħmlu din l-esperjenza.
|
| |
|
|
|

|
| |
|
|

|
-
Aktar minn 1000 żgħażugħ
u żagħżugħa ipparteċipaw fil-programm Youth.
Fl-2002, 333 żgħażagħ minn 21 organizzazjoni
lokali marru f'pajjiżi ewropej jew laqgħu
żgħżagħ minn dawn il-pajjiżi u żviluppaw
attivitajiet ta' interess għalihom u għall-kommunita' ta'
madwarhom. 148 żgħażgħ oħra wettqu
proġetti immexxija minnhom stess u 96 żgħżagħ
ipparteċipaw f'seminars internazzjonali u korsijiet ta'
taħriġ.
|
| |
|
-
Madwar 250 student u ħaddiem Malti
marru f'pajjiżi Ewropej u ibbenefikaw mill-programm Leonardo da
Vinċi. Il-ħaddiema kienu jinkludu fost oħrajn
ħaddiema fil-qasam tat-turiżmu, xufiera tat-taxi,
ħaddiema tal-fabbriki u oħrajn.
-
43 proġett ta' riċerka u
żvilupp taħt il-programm Fifth Framework Programme. Il-proġetti
jkopru l-oqsma tal-kwalita' tal-ħajja, ta' l-informazzjoni s-soċjeta'
u t-teknoloġija, l-iżvilupp, l-eneġija, l-ambjent u l-iżvilupp
sostenibbli, l-innovazzjoni u l-SME's u l-iżvilupp tal-potenzjal
uman.
|
|








Malta Budget 2008
Familji fis-Sod


|